Dwar il-BCJS
Ethos
Fl-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof, nispiraw ruħna mill-Evanġelju f’dak kollu li nagħmlu. L-imħabba, il-kompassjoni, l-umiltà u s-servizz lejn l-oħrajn huma l-pilastri li jiggwidaw l-azzjonijiet u t-tagħlim ta’ kuljum. Naħdmu flimkien bl-għan li nrawmu dawn il-valuri fit-tfal tagħna.
Jien id-dielja; intom il-friegħi.
Ġwanni 15,5
Kristu l-KOLLOX. Dak kollu li nagħmlu u ngħidu huwa ispirat MINNU.
Resaq lejh… u ħa ħsiebu.
Luqa 10, 34-36
Is-sens qawwi ta’ komunità, l-importanza tar-relazzjonijiet, Jien għall-oħrajn.
Hu jgħodd in-numru tal-kwiekeb; kollha jsejħilhom b’isimhom.
Salm 147:4
Is-Salmista jikteb li Alla l-Missier jafna kollha. Għalih m’aħniex numru imma bnedmin, jgħajtilna b’isimna. Dan hu l-istess mod li aħna l-edukaturi rridu nkunu nafu lit-tfal fdati f’idejna.
Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba.
Mark 10,21
Il-ħarsa ta’ Ġesù. Komunità li għaliha l-IMĦABBA hija kollox.