Dwar il-BCJS
L-Uniformi Tagħna
L-uniformi tagħna ġiet żviluppata bir-reqqa wara li saru diversi diskussjonijiet mal-edukaturi, ġenituri, u fuq kollox, wara li ddiskutejna dan kollu mat-tfal.
L-uniformi tirrifletti l-ethos tal-komunità tal-iskola tagħna. Fiha tinkorpora l-valuri tal-inklużjoni, id-diversità u l-individwalità. Kull element tal-uniformi, mill-kuluri sad-disinn, intgħażel biex jissimbolizza l-impenn tagħna li nħaddnu l-kwalitajiet uniċi ta’ kull tifel u tifla fdati f’idejna.
Għalhekk l-uniformi hija mfassla kemm għall-kumdità kif ukoll għall-flessibbiltà, sabiex niżguraw li t-tfal ikunu komdi matul il-ġurnata tal-iskola. Aspett partikolarment eċċitanti tal-uniformi tagħna huwa li t-tfal jingħataw il-libertà jagħżlu l-kulur tal-flokkijiet li l-aktar jippreferu huma, u b’hekk ikun hemm lok għal espressjoni personali filwaqt li xorta jinżamm sens ta’ unità fil-komunità tal-iskola tagħna.