Gwida PDF · 44 paġna
Il-Filosofija tal-Montessori
L-ideat wara l-metodu Montessori u kif isawru t-tagħlim ta’ kuljum fil-BCJS.
Aqra l-gwidaIl-Programm Akkademiku
L-iskola hija maqsuma f’żewġ setturi prinċipali, jiġifieri s-Snin Bikrin (mill-Kinder sat-Tieni Sena) u l-Upper Years (mit-Tielet Sena sas-Sitt Sena). Il-Kurrikulu li nimplimentaw jirrifletti mhux biss l-aħħar Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali, iżda wkoll l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni u żviluppi oħra fid-dinja tal-edukazzjoni.
mill-Kinder sat-Tieni Sena
F’Settembru tal-2019, il-BCJS addottat il-metodu, l-ethos u l-filosofija tal-Montessori fl-ambjent tal-Kinder. Il-metodu hekk imsejjaħ Montessori, li ġie żviluppat minn Dr Maria Montessori (1870 – 1952) huwa msejjes fuq il-ħsieb li wieħed għandu jipprovdi l-aktar ambjent pożittiv u armonjuż possibbli biex jitrawwam l-iżvilupp ħolistiku tat-tfal permezz tat-tagħlim b’mod indipendenti. Fl-aħħar mill-aħħar, dan iwitti t-triq għal ħajja rikka fl-esperjenzi u l-imħabba lejn it-tagħlim u l-esplorazzjoni.
It-tfal huma meqjusa bħala individwi, huma rispettati u jiġu mħeġġa li jitgħallmu u jesploraw bil-pass tagħhom permezz tax-xelta vasta t’attivitajiet li l-ambjent tal-Kinder joffri. Permezz ta’ osservazzjonijiet regolari min-naħa tal-edukaturi, l-ambjent tal-Kinder u l-attivitajiet innifishom jiġu magħżula apposta biex jindirizzaw il-bżonnijiet u l-interessi individwali ta’ kull tifel u tifla. Dan ifisser li l-ambjent u l-attivitajiet jinbidlu u jevolvu b’mod kontinwu biex jissapportjaw l-iżvilupp ta’ kull tifel u tifla.
L-attivitajiet li jiġu pprovduti huma hands-on u huma magħmulin b’tali mod li jiggwidaw lit-tfal fl-oqsma kollha tal-kurrikulu, iħaddmu l-kreattività, jinkoraġġixxu t-taħbil tal-moħħ kif ukoll joħolqu proċess ta’ tagħlim dinamiku u indipendenti, dejjem bil-gwida tal-edukaturi. L-attivitajiet ġodda normalment jiġu introdotti lil kull tifel u tifla b’mod individwali biex ikunu relevanti għall-istadju tal-iżvilupp tagħhom. It-tfal, imbagħad, ikunu liberi li jirrepetu l-attivitajiet li jkunu ġew introdotti b’mod indipendenti biex ikomplu jesploraw u jirfinaw il-kunċetti li jkunu ġew introdotti skont l-interess u l-bżonnijiet tagħhom.
Kif Ngħallmu
Filmati qosra mħejjija mill-edukaturi tagħna, li juru kif titħaddem is-sistema tal-Montessori fl-iskola tagħna.
Gwida PDF · 44 paġna
L-ideat wara l-metodu Montessori u kif isawru t-tagħlim ta’ kuljum fil-BCJS.
Aqra l-gwidaFilmat
Ħarsa lejn kif inħejju l-ambjent fil-klassijiet tagħna biex it-tfal ikunu jistgħu jitgħallmu b’mod indipendenti.
Gwida PDF · 60 paġna
Il-Kurrikulu tal-Litteriżmu: gwida prattika għat-tagħlim tal-lingwa u l-litteriżmu fis-snin bikrin.
Aqra l-gwidaFilmat · Litteriżmu
Kif ngħallmu l-kliem KVK (konsonant–vokali–konsonant), pass pass.
Gwida PDF · 44 paġna
It-Tagħlim tan-Numeriżmu: Gwida prattika ta' kif isir it-tagħlim tan-numeriżmu fl-iskola tagħna
Aqra l-gwidaFilmat · Numeriżmu · 9 minuti
Kif it-tfal jgħaddu mill-golden beads għas-somom bil-miktub, u jibnu fehim veru tal-kunċett tat-tiżjid.
mit-Tielet sas-Sitt Sena
Fl-Upper Years, nagħrfu l-importanza li nipprovdu esperjenza edukattiva komprensiva li tmur lil’ hinn mit-tagħlim tradizzjonali fil-klassi. L-edukazzjoni ħolistika tinkludi mhux biss l-eċċellenza akkademika iżda wkoll l-iżvilupp tal-ħiliet soċjali, emozzjonali u prattiċi tal-ħajja.
Ir-riċerka turi b’mod konsistenti li t-tfal f’dawn is-snin formattivi jirnexxu meta jkunu jistgħu jgħaqqdu t-tagħlim tagħhom fil-klassi ma’ esperjenzi tal-ħajja reali. Huwa permezz ta’ din l-integrazzjoni li japprofondixxu l-fehim tagħhom, itejbu l-ħiliet tal-critical thinking, u jrawmu passjoni ġenwina għat-tagħlim.
Biex niżguraw li nħaddnu dan l-approċċ ħolistiku, l-iskola tagħna timplimenta kurrikulu li jmur lil’ hinn mill-konfini tal-kotba u l-klassijiet. Wara li jaħdmu fuq temi jew topiks partikolari, it-tfal tagħna jaħdmu b’mod attiv fuq proġetti li huma marbuta ma’ kuntesti tad-dinja reali. Dawn il-proġetti jippermettulhom japplikaw l-għarfien teoretiku f’xenarji prattiċi, u b’hekk it-tagħlim ikun aktar relevanti għall-ħajja.
Permezz ta’ dawn il-proġetti prattiċi, it-tfal mhux biss jikkonsolidaw it-tagħlim tagħhom iżda jiżviluppaw ukoll ħiliet imprezzabbli bħall-problem solving, il-kollaborazzjoni, u l-kreattività. Kemm jekk qed jesploraw kunċetti xjentifiċi permezz ta’ esperimenti prattiċi jew jidħlu f’inizjattivi ta’ servizz fil-komunità, it-tfal tagħna jsiru aktar attivi fil-vjaġġ edukattiv tagħhom.